Jiena midneb u dgħajjef, inġedded u nwettaq f'idejk,
Omm Bla tebgħa, il-wegħdiet tal- Magħmudija tiegħi;
jiena niċħad għal dejjem lil Satana, bis-suppervja u l-għemejjel tiegħu;
irrid ningħata kollni kemm jien lil Ġesù Kristu, l-Għerf Inkarnat,
sabiex nerfa’ s-salib tiegħi u nimxi warajh kull jum ta' ħajti,
u sabiex inkun aktar fidil lejh milli qatt kont qabel.
Quddiem l-anġli u l-qaddisin kollha tas-sema,
jiena nagħżlek Illum O Sidtna Marija, sabiex tkun ommi u sultana ta' qalbi.
Lilek bħala lsir volontarju tiegħek,
nikkonsagra ġismi, ruħi, il-ġid tiegħi spiritwali u materjali,
flimkien mal-merti tal-opri tajba tiegħi tal-imgħoddi,
ta' issa u ta' li ġej.
Nafda f'idejk id-dritt sħiħ li tiddisponi minni u minn dak kollu li hu tiegħi,
kif jogħġob lilek għall-ikbar glorja t'Alla,
issa u għal dejjem.
Amen.