Riżorsi | Let nothing frighten you - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Let nothing frighten you

Fear Not

Dan l-aħħar f'Jannar ta' din is-sena l-Kardinal Robert Sarah u l-Papa Emeritu Benedittu XVI ħarġu ktieb jismu "Dal profondo del nostro cuore". Huwa ktieb li jitkellem fuq is-saċerdozju. Ser nipprova naqleb għal Malti idea waħda minnu li naħseb tgħodd ħafna għal kulħadd u anke għal dan iż-żmien tar-Randan. F'paġna 52 ta' dan il-ktieb "Fil-ġnien taż-Żebbuġ", Ġesu rebaħ il-gwerra kontra d-dnub – li minħabba li l-qalb ribeljuża tal-bniedem. Id-dnub ta' Adam kien li ried jagħmel skond ir-rieda tiegħu u mhux dik ta' Alla. It-tentazzjoni tal-bniedem hija dejjem li tkun totalment awtonomu u timxi kif irid hu u hekk jgħid li b'hekk ikun ħieles. U hekk il-bniedem isir Alla. B'hekk il-bniedem ikun jeħodha kontra il-Verità. Għax il-verità hija li aħna irridu flimkien ngħixu taħt liġi waħda u inkunu vera ħielsa meta nimxu fuq regola waħda għal kulħadd. Hemm ngħixu fil-volanta ta' Alla.

Fil-ħajja tal-Karmelitana Santa Tereża ta' Ġesù (ta' Avila) meta kellha skop tajjeb u d-dinja (ta' madwarha) kienet kontra tagħha tant kienet maquda ma Alla li kitbet "Let nothing frighten you... Who has God, lacks nothing. God alone is enough". Naħseb li f'dawn iż-żminijiet irridu insibu ħin meta naraw fid-dawl tas-skiet ta' Alla – għaliex dan qiegħed jigri. Taħsbu li aħna qridna dak li suppost qed ngħixu? George Herbert darba kiteb "He that cannot forgive others, breaks the bridge over which he himself must pass if he would ever reach heaven; for everyone has need to be forgiven."

P. Martin D. Schembri
Kappillan