Mulej, ħniena,
Ġesù Kristu, ħniena,
Mulej, ħniena,
Ġesù Kristu, ismagħna,
Ġesù Kristu, ilqa' t-Talb tagħna,
Missier Etern, Alla, Ħenn għalina
Iben Alla, li fdejt id-dinja, Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, Alla, Ħenn għalina
Trinita' Qaddisa, Alla wieħed, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, Bin il-Missier Etern Alla, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, imsawra fil-ġuf ta' Omm Verġni bil-Qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, ta' kobor bla qies, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, templu qaddis ta' Alla, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, tabernaklu ta' l-Aktar Għoli, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, dar t'Alla u bieb tas-sema, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, ħuġġieġa taqbad ta' mħabba, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, ġabra tal-ħaqq u ta' l-Imħabba, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, mimlija bit-tjieba u bl-imħabba, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, fejn jinsabu l-virtujiet kollha, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, li jixirqilha kull foħrija, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, sultana u għaxqa tal-qalb kollha, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, fejn jinsabu t-teżori kollha tas-sapjenza u tal-għerf, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, fejn tgħammar il-milja kollha tad-Divinita, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, fejn il-Missier Etern isib il-għaxqa tiegħu, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, li mill-milja tagħha aħna ikoll ħadna, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, xewqa tal-ħolqien minn dejjem, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, mogħnija bis-sabar u bl-akbar ħniena, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, għanja ma' kull min isejjaħlek, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, tpattija għal dnubietna, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, mimlija biż-żebliħ, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, minfuda bil-lana, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, għajn ta' kull faraġ, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, ħajja u qawmien tagħna mill-mewt, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, paċi u maħfra tagħna, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, vittma għall-midinbin, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù,saħħa ta' kull min jittana fik, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, tama ta' kull min imut fi ħdanek, Ħenn għalina
Qalb ta' Ġesù, għaxqa tal-qaddisin kollha, Ħenn għalina
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ismagħna, nitolbu, Mulej.
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħenn għalina.
V. Ġesù ta' Qalb ħelwa u umli.
R. Agħmel li qalbna tixbah lil Qalbek.
Nitolbu
O Alla ta' dejjem li tista kollox, ħares lejn il-Qalb tal-maħbub Iben tiegħek u lejn it-tifħir u t-tpattija li jagħtik f'isem il-midimbin, u lilhom, waqt li jitolbu l-ħniena tiegħek, agħtihom il-maħfra fl-isem ta' l-istess Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħixu u jsaltan għal dejjem ta' dejjem. Amen