Dwarna | Avviżi tal-Parroċċa - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Avviżi tal-Parroċċa - 17 ta' Novembru 2024

1. It-Tlieta – l-Karmelu jfakkar lil San Rafel Kalinowiski Saċerdot.

2. L-Erbgħa – hija ġurnata devota lil Madonna tal-Karmnu u għalhekk tajjeb li nieħdu sehem fit-talb li jkollna flimkien u fil-quddiesa. Nhar l-Erbgħa – l-grupp tal-anzjan mhux se jiltaqa’.

3. Il-Ħamis - wara l-quddiesa tas-6.30pm jkollna nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat immexxija mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.

4. Il-Ġimgħa - fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Familja Karmelitnal ser issir Laqgħa għall-ġenituri u l-addoloxxenti li ser jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena.

Avviżi oħra:

• Navżaw li r-regolamenti għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippublikati. Aktar informazzjoni minn fuq in-notice board jew l-website tad-djoċesi: www.knisja.mt.

• Il-Ħadd li ġej tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna se tkun fil-Knisja Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid.