L-Arċidjoċesi ta’ Malta hi maqsuma f’16 l-Unita’ Pastorali. Kull waħda hi magħmula minn numru ta’ Parroċċi li jinsabu qrib xulxin.
L-Iskopijiet prinċipali tal-ħidma fl-Unita’ Pastorali
— biex tinħoloq klima li tgħinna naħdmu flimkien fi ħdan il-Knisja;
— biex insiru nafu u niskopru lil xulxin u ngħixu fil-prattika l-ispiritwalita’ tal-komunjoni;
— biex insaħħu l-parroċċi;
— biex inwasslu esperjenzi lil xulxin u nwettqu ħidmiet partikolari flimkien;
— biex ikun hemm kuntatt effettiv bejn il-Knisja ċentrali u l-Parroċċi.
Il-Parroċċa ta' Fleur-de-Lys tagħmel parti mill-Unita' 3 u tinkludi l-Parroċċi ta' Sant'Elena, San Guzepp Haddiem, Santa Marija ta' Birkirkara u San Gorg Preca tas-Swatar.