Riżorsi | L-Avvent għalik x'inhu? - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

L-Avvent għalik x'inhu?

Jekk tiftaħ vit u ma joħroġx ilma; inti xi tgħid? Jekk tirċievi ittra u issib envelop vojt; inti xi tgħid? Naħseb dawn iż-żewġ eżempji jgħoddu ħafna għall-bidu tas-sena tal-knisja li tibda bl-Avvent. Avvent bla ma tipprova tara kif int mal-Mulej hu bħal vit bla ilma u envelop vojt.

Il-Mulej jgħidilna biex nishru u ma nkunux għażżenin. Diġa qegħdin naraw it-tiżjin fit-triq u ġieli anki fid-djar. Kollox mgħaġġel basta għamilna bħas-soltu. Xtaqt b'dan il-ħsieb nagħmel ftit domandi:
Meta tarma l-Bambin, tħares lejh u tgħidlu talba?
Meta jkun armat u tgħaddi minn ħdejh issellimlu b'rasek jew b'xi bewsa?
Meta tara dik l-istatwa tal-Bambin, li kollha huma ħelwin u sbieħ, tiftakar li qiegħed Ħaj fit-Tabernaklu?
Kemm ilek ma titqarben b’dak il-Bambin li Marija u Ġużeppi tant ħabbu u għamlu tant sagrifiċċji biex jipproteġuh?

Il-Bambin irid jiġi għandek imma int trid tiftaħlu ħajtek. It-talb huwa importanti iżda it-tqarbin hu essenzjali jekk ma tridx tintilef.

P. Martin D. Schembri O. Carm
Kappillan