Liema omm ma tieħux gost li ifaħħrulha lil uliedha. Hekk Marija tieħu gost li naduraw lil Ġesù binha u Alla fostna. Dan qalitu hi f'ħafna dehriet privati u pubbliċi.
Forsi minħabba l-istorja ta' pajjiżna xi kultant ninsew li l-Knisja tiċċelebra jum it-twelid tal-Madonna fit-8 ta' Settembru. Naħseb "birthday present" lill-Madonna jkun tqarbina, meta nieħdu lil Ġesu Alla u bniedem bil-Ġisem, id-Demm u d-Divinità.
Naħseb li f'dan iż-żmien meta qiegħed jiġi t-traskurat it-tqarbin, għandna nitħeġġu u nersqu għat-tqarbin nhar it-Tlieta. Ħelu ħelu naħseb qegħdin ngħixu bħal fi żmien l-ereżija tal- Ġanseniżmu li kien biegħed l-Insara Kattoliċi mit-tqarbin.
Ringrazzjament tal-vittorja bl-interċessjoni tal-Madonna ikun xieraq u sewwa li niġu nieħdu sehem u nitqarbnu fil-quddiesa.
Patri Martin D. Schembri O.Carm
Kappillan