Dwarna | Kummisjonijiet | Djakonija - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Kummissjonijiet

Djakonija

Mistoqsi liema huwa l-akbar kmandament tal-Liġi, Ġesù wiegeb ċar u tond li l-akbar kmandament huwa li tħobb lil Alla fuq kollox u lil għajrek bhalek innifsek. “Dawn iż-żewg kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22-40), għax “m’hemmx kmandament iehor akbar minn dawn” (Mk 12,31). Ġesù jurina li l-imħabba tagħna għandha tasal għand dawk li huma fil-bżonn tal-għajnuna, huma min huma (ara Lq 10,29-37), ukoll dawk li m’humiex ta’ ġewwa, anzi saħansitra għandha tasal sa l-għedewwa tagħna u dawk li jagħmlulna l-ħsara (ara Mt 5,43-48).

Il-Knisja f’Malta għandha tradizzjoni twila ta’ ħidma favur dawk li huma fil-bżonn. Il-ġenerozità tal-poplu Malti f’oqsma ta’ emarġinazzjoni u faqar, fuq livell lokali, nazzjonali u internazzjonali, hija waħda mill-isbaħ karatteristiçi tal-Knisja tagħna.

Ix-xogħol tal-Kummissjoni Djakonija fil-Parroċċa huwa li tgħin lil dawk li huma fil-bżonn fil-parroċċa, iżżur lil morda fl-isptarijiet u anzjani li jghixu wahedhom u tahdem biex tqajjem kuxjenza favur dawn in-nies.