Dwarna | Komunitajiet Religjużi Oħra | Dar il-Ħanin Sammaritan - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Komunitaijiet Reliġjuzi Oħra

Dar il-Ħanin Sammaritan

Dar Hanin Sammaritan

Fil-parroċċa tagħna, s-Soċjeta tad-Duttrina għandha dar li fiha jgħixu bħala komunita dawk is-soċji irġiel li jkunu laħqu l-eta sabiħa ta’ wieħed u sittin sena. Kienet ħaġa xierqa li dawn is-Soċji wara li iddedikaw ħajjithom biex ixerdu tagħlim tad-duttrina mat-tfal, l-ġenituri tagħhom u kull fejn kienu, meta jilħqu din l-eta u ma jkollomx min jieħu ħsibhom, jkollom ċans jgħixu flimkien f’din id-dar li ġiet inawgurata f’Diċembru 1996.

Minbarra li jgħaddu ħin ta’ rikrejazzjoni f’din id-dar il-membri jkolhom ħin biex bħalma għamlu dejjem jitolbu għall-bżonnijiet tal-parroċċa u tal-knisja u joffru t-tbagħtija tal-mard tagħhom għall-istess għan.

Din id-dar tinsab fuq biċċa art li San Ġorġ Preca kien bierek meta kien għadu ħaj waqt li huwa kien qiegħed ibierek l-art fejn hemm l-Iskola St Michael. Jingħad li s-Superjur Generali ta' dak iż-żmien Ewġenju Borg qal lil Dun Ġorġ li dik l-art ma hijiex tagħhom għax għalkemm is-soċji riedu jixtru din l-art, is-sid tal-art ma aċċettax li jbigħa. Imma Dun Ġorġ baqa' għaddej u birieka. Imma ġara li meta s-sid kien qiegħed imut bagħat għas-Superjur Ġenerali u tah l-art.