Riżorsi | Morru Xandru - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Morru Xandru

Waqt il-gwerra kien hemm mara anzjana li binha kien l-Amerika. Hi kienet baqgħet il-Ġermanja fi żmien ikrah tan-Nazi. Din kienet tikteb lil binha ta' spiss. Fl-ittri kienet tagħmel ħafna sentenzi mill-Bibbja l-aktar mill-Evanġeli. It-tifel tagħha kien fis-"secret service". Huwa ħaseb li ommu b'dawn is-sentenzi Bibbliċi kienet qegħda tibgħatlu xi messaġġ bil-"code". Ħadhom ix-xogħol u ħadd ma setgħa jifhem x'messaġġ moħbi kienet tikteb fihom ħlif biss li huma mill-Bibbja.

Meta l-gwerra spiċċat u t-tifel ġie jara lill-ommu u dan staqsieha, "f'dawk l-ittri x'kont trid tgħidli?" L-omm bi ħlewwa liema bħala qaltlu dawk ma kontx niktibhom għalik, imma jiena kont naf li l-ittri jiftħuhom u jaqrawhom dawk li tilfu l-fidi. Għalhekk kont nitlob lill-Ispirtu s-Santu biex ilaqgħani ma sentenzi waqt il-qari tal-Bibbja biex lil dawn in-nies u anki lilek isaħħukom fil-fidi.

Ġesu darba u għadu jgħidilna, morru xandru l-bxara t-tajba (l-Evanġelu). Bil-mezzi tallum kemm nistgħu nagħmlu hekk aħna wkoll?

P. Martin D. Schembri O. Carm
Kappillan

Dawn l-istejjer isibhom l-Kappillan waqt il-qari tiegħu.