Riżorsi | Il-Papa Qaddis Pawlu VI u l-Madonna - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Il-Papa Qaddis Pawlu VI u l-Madonna

Il-Papa Qaddis Pawlu VI

Il-Papa Pawlu VI qaddis, ikkanonizat fl-14 ta' Ottubru 2018 mill-Papa Franġisku, twieled fir-raħal ta' Concesio, fil-provinċja ta' Brescia fil-Lombardija, l-Italja fit-26 ta' Settembru 1897. Sar Papa fil-21 ta' Ġunju 1963. Huwa miet nhar is-Salvatur, is-6 ta' Awwissu 1978.

Dan il-Papa umli u kuraġuż sar Papa kif qal hu stess meta d-demonju, bi skuża tal-Konċilju ried iħawwad il-membri tal-Knisja. Minn ftit qabel il-konċilju, ħafna bl-attaparsi riforma riedu ineħħu b'mod speċjali l-Labtu tal-Karmnu u r-Rużarju. Il-Papa San Pawlu VI f'ħames dokumenti imur jiddefendi d-devozzjoni tal-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu. Kienet qawwija ħafna d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Frar 1965 fl-Eżaltazzjoni Appostolika "Marialis Cultus" fejn mhux biss mill-Kostituzzjoni Dommatika dwar il-Knisja Lumen Gentium, kapitlu 67, li dan id-dokument ifaħħar u jitlob biex id-devozzjonijiet li l-Papiet dejjem ħeġġew jibqgħu jikbru (r-Rużarju u l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu). Isemmi wkoll il-festa tal-Karmnu li jikteb li bdiet minn familja reliġjuża u saret tal-Knisja kollha.

Fil-ktieb tiegħu, Patri Luqa Azzopari O.P. li ġie ippublikat fl-1975 bl-isem "Rużarju fil-Familja u fi Gruppi" jispiċċa bil-Litanija tal-Papa Qaddis Pawlu VI. Din il-litanija f'dan il-ktieb hija meħuda mill-ktieb ta' Dun Andrea Gemma "Mese di Maggio con Papa e per Papa", jifforma 85 invokazzjoni fuq il-Madonna, u tispiċċa "Verġni l-aktar qaddisa tal-Karmelu – itlob għalina".

Jalla d-devozzjoni u t-tagħlim li tana dan il-Papa Qaddis fuq il-Madonna u l-Labtu, r-rigal ta' Marija nużawhom aħna wkoll.

Patri Martin D. Schembri O.Carm
Kappillan