Riżorsi | Għaliex Qaddisin? - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Għaliex Qaddisin?

Ħafna staqsewni din id-domanda meta dendilna l-kwadri tal-qaddisin fil-knisja parrokkjali tagħna. Jiena nagħti r-risposta li kien ta l-Papa Qaddis Ġwanni Pawlu II, Terzjarju Karmelitan meta saritlu d-domanda "Għaliex tagħmel ħafna Beati u Qaddisin? ".

Il-Papa kien wieġeb, li dawn ma twieldux qaddisn imma saru qaddisin u għalhekk huma eżempju għalina lkoll. Poġġejna l-qaddisin Karmelitani għax la aħna parroċċa Karmelitana, kif qal il-Konċilju Vatikan II, għandna nixorbu mill-ispirtwalita Karmelitana u il-qaddisin li l-iżjed jqimuhom.

P. Martin D. Schembri O. Carm
Kappillan

It-tberik ta' dawn il-pitturi sar minn Patri Joe Saliba O.Carm, Provinċjal, l-Erbgħa 9 ta' Diċembru 2020. (Ritratt meħud minn Josephine Spiteri.)

Biex tkunu tafu aktar fuq il-ħajja tal-qaddis, agħfas fuq ir-ritratti tagħhom ta' hawn taħt.