Rizorsi | Talb u Innijiet Karmelitani - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Talb

Talb u Innijiet Karmelitani

Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu

Fjur tal-Karmnu, Gran Reġina,
Omm ta' Kristu wisq ħanin,
Itlob dejjem Int għalina
Li ninsabu midinbin. Ave Maria

B'Labtu tiegħek Int libbistna
Bħal uliedek maħbubin,
Agħmel magħna dak li wegħidtna
Meta tajtu lill-bnedmin. Ave Maria

Ftakar x' għidt lil Xmuni tiegħek
Meta tajtu dar-rigal,
Mela zommna dejjem miegħek
Mirfudin b'dan is-sinjal. Ave Maria

Kollox tajtna kulma rridu
B'Labtu tiegħek tant sabiħ,
Tina ngawdu l-frott ta' ġidu
Biex nifirħu dejjem bih. Ave Maria

Kemm ħabbejtna o Sultana,
Meta tajtna dan l-Ilbies,
Fittex bih Inti salvana,
bħala wliedek il-għeżież. Ave Maria

Mit-tiġrib Inti eħlisna
B'dan il-Labtu kif wegħidt
Mill-infern ukoll ħarisna,
U fil-Ġenna ħudna dritt. Ave Maria

Isma' lilna Omm ħanina
Bħal uliedek imlibbsin,
Ifraħ Inti dejjem bina
Biex insiru qaddisin, Ave Maria

Indulgenza ta' 100 jum mogħtija minn Mons. Arċisqof MIKIEL GONZI, fid-9 ta' April, 1947.

Flos Carmeli (Malti)

Fjur tal-Karmelu,
Dielja bil-frott mogħnija,
Dija tas-sema,
Int waħdek fix-xbubija,
B'ġieh t'omm tiftaħar.

Omm l-iżjed ħelwa,
Li ġmielek qatt ma ttabba',
Mal-Karmelitani,
Ħniena int uri u mħabba,
Kewkba tal-baħar!

Flos Carmeli (Latin)

Flos Carmeli,
vitis florigera,
splendor caeli,
virgo puerpera
singularis.

Mater mitis
sed viri nescia
Carmelitis
da privilegia
Stella Maris.

Innu lil Madonna tal-Karmnu

Madonna tal-Karmnu
Li tant inħobbuk
Arana ma' dwarek
'Il qlubna nagħtuk.

Int, Ommna Marija
Int ġmiel tas-Smewwiet
llqagħhom bil-ferħa
Ta' qlubna l-għanjiet


Fil-labtu li tajtna
Insibu l-mistrieħ
Tal-qalb li bla heda
Tissaħħar għalih

Int, Ommna Marija...

Hu ħeles lil Xmuni
Mill-biki w l-imrar,
Hu rafa' lill-Ordni
Kif lemħu fix-xfar.

Int, Ommna Marija...

Hu lilna jeħlisna
Mill-hemm li f'kull ħin
Inģarrbu f'ħajjitna
Imsejkna bnedmin.

Int, Ommna Marija...

Għalhekk fuq sidirna
Ma' qalbna nrossuh
U lil-akbar imħabba
Ilkoll ingħożżuh

Int, Ommna Marija...

Fis-siegħa ta' mewtna
Nafsuh iżjed magħna.
Ħdejn Alla hu lilna
Għad jieħu ferħana;

Int, Ommna Marija...

Madonna tal-Karmnu
Kun Int l-hena tagħna
Fid-dar ta' kull Malti
Kun l-Omm u s-Sultana.

Int, Ommna Marija...

P. Kerubin Farrugia O.Carm