Din hija domanda li għandha tibniena f'ħajja ġdida. Izaak Walton jikteb "God has two dwellings; one in heaven, and the other in a meek and thankful heart". Għalhekk meta tkun taf tgħid grazzi żgur li toħloq tbissima u Ġesù jkun qiegħed jgħix f’qalbek.
Mejju huwa ikkunsidrat bħala wieħed mill-isbaħ xhur għat-temp u anki għan-natura. Is-sbuħija ta' dan iż-żmien ġejja pero mix-xitwa. Għalhekk għandna napprezzaw kollox għax Alla l-ħallieq ħalaq kollox perfett. Diżgrazzjatament il-bniedem xi kultant ikun wisq negattiv, għallura jgerger u agħar meta jiddisprezza l-kors tan-natura. Kif jgħid id-dokument tal-Konċilju Vatikan II, "Il-Knisja fid-dinja tal-lum" il-bniedem jaħseb li tkun "Alla" hu xi rwol tiegħu. Iżda Alla hu ħanin u twajjeb li jaf jimmatura l-affarijiet biex aħna naslu biex napprezzaw il-ħajja. Id-distinzjonijiet li ġieli nagħmlu aħna il-bnedmin ħafna drabi jġibu kultura ta' dwejjaq. Għalhekk aħna li nagħmlu l-Knisja għandna nkunu dejjem "il-Veronika" – iġifieri dik il-mara ta' qalb tajba u kuraġġ li ixxotat il-wiċċ adorabli u prezzjuż tal-Mulej fil-mixja sal-kalvarju. Għalhekk kliemna u għemilna għandhom ikunu ta' ferħ, paċi u maħfra. Hekk inkunu bħal Mejju ngħatu l-frott u l-fjuri sbieħ matul is-sena kollha.
Nagħlaq, Mejju hu wieħed mix-xhur, iddedikati lill-Madonna. Il-Madonna hija kbira mhux biss għax hija Omm Ġesu, Alla imma wkoll għax hija kienet u għada dik li semgħet il-Kelma ta' Alla u għexitha.
P. Martin D. Schembri
Kappillan