Riżorsi | Għalfejn immur il-Knisja? - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Għalfejn immur il-Knisja?

Mela darba kien hemm mara anzjana li idejqet tmur il-knisja. Kienet tgħid "u mħux għalxejn".

Darba hija u għaddejha minn ħdejn il-knisja raha l-kappillan. "Ara Karmena, kemm qiegħed nieħu gost narak" qalilha. Kompla jgħidilha, "Nixtieq niġi xi darba għandek biex nieħu te".

"Meta trid, jien dejjem hemm, noħroġ biss biex nixtri u mhux dejjem" qaltlu l-anzjana. Mela l-kappilin li kien jaf kif qatgħet mill-knisja, iddeċida li s-Sibt ta' wara jmur għandha. Inżertat ġurnata kesħa kbira bix-xita u s-silġ. Ċempel il-bieb u Karmena laqgħatu fis-salott. F'dan is-salott kien hemm fireplace jaqbad bil-faħam. Karmena ġabitlu t-te u ftit gallettini. Għal xi ħin qagħdu fil-kwiet iħarsu lejn in-nar jaqbad, lejn dak il-faħam sabiħ aħmar li kien qiegħed jagħmel xogħlu, li jsaħħan. F'daqqa waħda l-kappillan qabad l-imqass tal-faħam u qabad faħma u poġġieha fuq l-irħama ta' quddiem; din il-faħma wara ftit bdiet titlef l-iskop tagħha u issir sewda.

Wara ftit Karmena qaltlu, "Fhimtek, minn nhar il-Ħadd u l-Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu nerġa nibda niġi l-knisja". Tfakkrekx din l-istorja fid-dielja u l-fergħa li Ġesu qal "Jekk il-fergħa tinqagħta mid-dielja, tinxef u tintrema." Jalla wkoll tfakkrek li fil-knisja (Tempju) inkun merħla waħda li tqim flimkien b'talba waħda lill-Mulej.

P. Martin D. Schembri O. Carm
Kappillan