Tal-Karmelu Warda ħelwa,
Fik kull għaxqa, fik kull ġmiel,
Inselmulek bl-akbar qima,
Fjur ifewwaħ, qatt midbiel.
Rit:O Madonna tal-Karmelu,
Fuq sidirna l-labtu tiegħek
Lilna jżejjen bħala wliedek;
Bih wettaqna u żommna miegħek.
Qalb il-palm, il-ward u l-vjoli,
Qalb iż-żahar u l-ġiżimin,
Int issaltan fl-oħla ġenna,
Omm ħanina tal-bnedmin.
Rit:O Madonna tal-Karmelu,
Fuq sidirna l-labtu tiegħek
Lilna jżejjen bħala wliedek;
Bih wettaqna u żommna miegħek.
F'dik il-ġenna miegħek ridtna
Magħqudin bl-egħżeż rabtiet;
U din l-għaqda saħħaħt fina
B'libsa mqaddsa tas-smewwiet.
Rit:O Madonna tal-Karmelu,
Fuq sidirna l-labtu tiegħek
Lilna jżejjen bħala wliedek;
Bih wettaqna u żommna miegħek.
Fuq dal-ġmiel int kewkba tiddi;
Bl-ilwien tilma bħal qawsalla;
Thalliniex fid-dlam nintilfu,
Dawwal qalbna, Kbira Omm Alla.
Rit:O Madonna tal-Karmelu,
Fuq sidirna l-labtu tiegħek
Lilna jżejjen bħala wliedek;
Bih wettaqna u żommna miegħek.
Mużika: Mro J. Abela Scolaro
Kliem: P. Benedit Caruana O. Carm