Riżorsi | Ix-xahar tar-Rużarju - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Ix-xahar tar-Rużarju

Darba xi ħadd qalli li ferita tfiq imma s-sinjal hemm jibqa'. Ġerħa li kemm ilni kappillan u iżjed bħala Karmelitan hi din: waqt it-tberik ta' sentejn ilu dħalt fi "flat" u min laqagħni qalli neħħi dik li intom għamiltuha alla. Kien qiegħed jgħid għall-Madonna għax kelli f'idejja santa tal-Madonna. Jien dak il-ħin ħassejt daqqa kbira. Niftakar jgħidli lil Madonna aħna ma nagħmluhiex Alla tant hu hekk li ngħidulha u nitolbuha tidħol għalina.

Waqt id-diskusjoni għedtlu "Int għandek Bibbja? Hu qalli iva. Indunajt li l-Bibbja li għandu kienet tal-Protestanti – (li ma jżommux il-kotba kollha bħal tagħna l-Kattoliċi). Għedtlu iftaħ l-Evanġeli, skond San Mattew u San Luqa, u qrajna - Sliema Għalik u Imbierka fost in-nisa – u minn fejn ġieni dan li Omm Sidi tiġi għandi. Wara li qrajna dan ġagħaltu jitlob bis-Sliema. Imbagħad jiena għidtlu qiegħed tara l-istess kliem tal-Bibbja. Staqsejtu wkoll x'qal Ġesu fuq is-salib lil Ommu. Ir-raġel qalli imma ma qalliex "ommi" imma mara. Jiena għidtlu "kif mara daħħlet id-dnub Ġesu ried li mara (il-Madonna) issa iġġib u tieħu ħsieb lill-bnedmin kollha taħt il-ħarsien tagħha fil-persuna ta' Ġwanni. Fl-aħħar għedtlu biex jiftaħ l-Atti tal-Appostli u urejtu li qabel ma ġie l-Ispirtu s-Santu, min ħa ħsieb l-ewwel Knisja – mhux il-Madonna. Biex jieħu raġun qalli, għalfejn ir-rużarju? Beda jgħidli l-posti wieħed wieħed u li kollha huma fuq is-Salvatur Ġesu. Baqa' b'ħalqu miftuħ.

Ftit l-isfel mil-limiti tal-parroċċa tagħna hawn setta li twarrab il-Madonna. Noqgħodu attenti għal-leaflets li ġieli naraw fid-djar tagħna.

Kieku ngħidu u nitolbu bis-serjeta ir-rużarju inkunu qegħdin niftħu l-Bibbja, għax ir-rużarju u kollu siltiet mill-Bibbja. Ippruvaw u taraw.

Patri Martin D. Schembri O.Carm
Kappillan