Min kien John Henry Newman? Dan kien professur fl-università ta' Notre Dame, Yale u Harvard USA. Wara karriera kbira ħalla kollox u mar il-Kanada bħala qassis protestant (pastor) fl-Arche Daybreak , komunità li tmexxi u tgħin lin-nies li jkollhom bżonnijiet speċjali. Huwa dam seba' snin hemm. Din l-Arche hija speċi tad-Dar tal-Providenza tagħna hawn Malta. Għandu mat-30 ktieb fosthom "The Return of the Prodigal Son" li jiena nissuġerilkom ħafna li taqrawh. Kotba oħra jinkludu "Life of the Beloved"," In the Name of Jesus" (li huwa ktieb qawwi ħafna), "The Greatest Gift" u "The Path of Waiting", "The Path of Peace" (ktieb li jurik veru l-paċi).
Din is-silta li ġejja hija meħuda minn "The Path of Peace". Newman jikteb li, "Meta Alla jara d-dinja jibki". Alla jibki għax il-kilba għall-poter, il-flus, is-sess u l-vjolenza ħassru l-ispirtu uman fil-bniedem. Newman jgħid, li illum fil-bniedem,
"Instead of gratitude there is resentment,
Instead of praise there is criticism,
Instead of forgiveness there is revenge,
Instead of healing there is wrong doing,
Instead of compassion there is competition,
Instead of cooperation there is violence,
Instead of love there is immense fear."
Naħseb li jekk niddawlu minnhom fid-dawl ta' Alla u nagħmlu mqarr għaxar minuti naħsbu fuq kull waħda minn dawn is-sentenzi nibdlu ħajjitna.
P. Martin D. Schembri O. Carm