Riżorsi | Alla qiegħed hemm jew le? - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Alla qiegħed hemm jew le?

Fejn int Mulej?

Hija domanda li qegħdin nisimgħu spiss “Alla qiegħed hemm jew le?” Darba Mark Link SJ kiteb hekk: "I sought my soul, but my soul I could not see. I sought my God, but my God eluded me. I sought my brother and I found all three...”

Meta f’dinja kif qegħdin ngħixu tgħid Alla u Reliġjon issib min jgħaddik biż-żmien. Dinja li tgħid ma hemmx iżjed post għal Alla u għar-reliġjon. Fejn il-pediment tagħha d-dinja huwa kul, ixxala u iddeverti. Diġa kien qal Ġesu fil-parrobola tal-għani. Fis-Salmi hemm salm li jgħid għaddejt minn ħdejn għalqa kollha ħaxix ħażin u dehret sabiħa, għamel ftit riħ u nixef kollu.

Fis-sitwazzjoni li qegħdin, meta sa ftit ilu kelna moħħna fix-xalar, il-flus, il-progress, eċċ u warrabna lil Alla miċ-ċentru ta’ ħajjitna, mill-progress kollu dħalna fil-biża. Darba Martin Luther King Jr kiteb hekk “Who accepts evil without protesting against it is really cooperating with it”

Naħseb li dan iż-żmien jista’ jkun ta’ riflessjoni għalina ilkoll. Għandna ħafna nies bravi li jitkelmu u jiktbu, imma il-kliem ta’ Ġesu għandu l-forza ta’ verità. Kahlil Gibran darba kiteb “The Greek and the Roman orators spoke to their listeners of life as it seemed to the mind. The Nazarene spoke of a longing that lodged in the heart.”

Għalaqna l-Evanġeli. P. Martin D. Schembri
Kappillan