Qabel ma ġejt magħluq fil-kunvent minħabba l-eta' (67) kont qiegħed imbierek mejjet fiċ-ċimiterju u wieħed mid-deffiena (li kien abbati tiegħi meta kont il-Belt) qalli "Alla ma jridx jismagħna?".
F'dak il-ħin ftakart fis-silta ta' Isaija [Is:1:16-18] li tgħid hekk:
" Inħaslu u tnaddfu, neħħu l-ħażen ta' għemilkom minn quddiem għajnejja, ieqfu mill-ħażen. Tgħallmu għamlu t-tajjeb, fittxu d-dritt, sewwu l-inġustizzji, iddefendu l-iltim, aqbżu għall-armla.
Ejjew, mela, nirraġunaw flimkien, jgħid il-Mulej, mqar jekk dnubietkom ikunu ħomor bħall-iskarlatt, isiru bojod bħas-silġ; mqar jekk ikunu ħomor bħall-kremżi, isiru bojod bħas-suf."
Lid-deffien staqsejtu "Għandna dnubiet li irridu nibqgħu imwwaħlin fihom?" u ngħid jien bħad-dagħa, l-pornografija, l-mibgħeda għal ċerti nies (bħall-Arċisqof għax jgħid il-verita), in-nuqqas ta' talb, li ma mmorrux quddies il-Ħadd, ġlied u firdiet fil-familji.
Sakemm kellna nies insara sal 51% kellna l-barka imma issa ma għandniex u ninsabu niżlin ‘l isfel b'għajnejna miftuħa. Nafu li hu żball imma irriduh - eżempju kif ġralna fid-divorzju u issa hawn min irid il-qtil permezz tal-abort.
Alla hu mħabba imma ukoll ġustizzja. Kif nippretendu fejqan meta aħna irridu neħduha kontra Tiegħu? Tant isseħibna mal-ħażin, li ngħidu li l-ħażin mhux ħażin. Darba qrajt "If a bad person wrongs you, forgive the person, lest there be two bad people".
Din il-marda laqtet lill-pajjiżi kollha u donnhom dawk li kienu jgħidu li huma Kattoliċi iżjed warbu l-morali. Isimgħu x'kiteb John Michael Talbot "When the scales of sin have fallen from our eyes, all the world begins to sparkle".
P. Martin D. Schembri
Kappillan