Tibżgħux qal Kristu Irxoxt lill-Appostli u d-dixxipli fiċ-ċenaklu. Tibżgħux qal l-Anġlu Gabriel lill-Madonna u lil Zakkarija.
Ġesu' fil-Ġnien taż-Żebbug beża', bħala bniedem, imma imbagħad bidel din il-biża' f'talba mill-isbaħ "Ikun dak li trid Int Missier" u ta lilna din it-talba tiegħu biex aħna ngħixu kuljum is-salib tagħna.
Fil-ktieb "Man's Search for Meaning" il-fiżjoterapista Viktor Frankl jinnota li fil-kamp ta' konċentrament tan-Nażi (li hu kien fih) dawk li kellhom il-fidi għarfu jgħixu, filwaqt li dawk li ma kellhomx fidi jew iddispraw jew għamlu suwiċidju. Fil-ktieb tiegħu Frankl jirrakonta li l-fidi tagħti enerġija u qawwa. Ħafna drabi nibqgħu għax "Sorrow looks back, worry looks around" imma "faith look up".
Minn fejn tiġina l-enerġija u l-qawwa? Minn għand Ġesu' li ħa l-passjoni, li fiha waqa' u qam tlett darbiet biex wasal fil-kalvarju, u jmut u irxoxta għalina. L-Ammiral Chester W. Nimitz jgħid "Grant me the courage not to give up what I think is right, even though I think it is hopeless."
Alla ma jarmi lil ħadd u Alla qiegħed miegħek anki meta taħseb li int waħdek forsi kif qegħdin inħossuna issa fid-dar.
Għalhekk f'dawn iż-żminijiet tajjeb li nagħmlu "Spring Cleaning" imma iżjed għandna nagħmlu xogħol tal-fidi u talb, mhux bl-amment imma inħossu l-Mulej, kif għandha nitħaddtu miegħu – b'mod speċjali bil-qari tal-Evanġeli u l-Ittri tal-Appostli. Darba Evelyn Underhill kitbet "Our generation is remarkable... for the number of people who must believe in something but do not know what".
Fid-dgħajsa meta kien il-maltemp u Ġesu' kien rieqed, meta qajmuh staqsa "dil-biża' għalfejn? Mela ma għandkomx fidi". Fil-kollezzjoni tiegħi tas-santi sibt santa li għandha 77 sena (1943) li turi maltempata oħra imma t-tmun qiegħed f'idejn tajba – f'idejn Ġesu'. Għalhekk taqtax qalbek għax "għal Alla kollox jista jkun" kif qal l-Anġlu Gabriel.
P. Martin D. Schembri O.Carm
Kappillan