Riżorsi | Qaddisin Karmelitani - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

L-Erbgħat tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu

L-ewwel Erbgħa wara l-Għid il-Kbir jibdew is-Seba' Erbgħat tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Dawn l-Erbgħat gew adottati mill-Karmelitani. L-origini tagħhom bdiet fl-Ingilterra u x'aktarx bdiehom il-qaddis Thomas Bechet li twieled fl-21 ta' Diċembru 1118. Dawn l-Erbgħat kienu meditazzjoni fuq is-seba' ferħat tal-Madonna. Dak kollu li hu fuq il-Madonna l-Karmelitan, kemm dak li jibdew huma u sew dak li joħloq ħaddieħor dejjem wetquh u għexuh. Mhux ta' b'xejn it-titlu Kewba tal-Karmelu u għalliema tal-Karmelu joqgħodu sew għall-aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu.

Fil-ktieb tagħhom fuq is-Seba' Erbgħat, Patri Valentine Borg Guzman O.Carm u Patri Ewġenju Tonna O.Carm jispjegaw tajjeb l-istorja u d-devozzjoni ta' dawn l-Erbgħat kif ukoll kif ma dawn il-ferħat tal-Madonna daħlu wkoll il-Labtu bħala libsa li ixxid fuqek biex tgħix lil Alla kif għexet Marija.

Skont ċertu awturi mhux kollha jaqblu mat-tema ta' dawn is-seba' ferħat. Jien inżomm ma dak li kiteb Patri Andrea Mastelloni, O. Carm., (1641-1722), li huma dawn:
1. Tħabbira tal-Anġlu
2. Iż-Żjara lil Santa Eliżabetta
3. It-Twelid ta' Ġesu fl-Għar ta' Bethlem
4. Is-Sejba ta' Ġesu fit-Tempju
5. It-Tieġ ta' Kana
6. Il-Qawmien ta' Ġesu
7. It-Tlugħ tal-Madonna fis-Sema

Dawn l-Erbgħat ġo Malta kienu popolari ħafna tant li li barra fil-kunventi tagħna l-Patrijiet Karmelitani u l-Patrijiet Tereżjani, kienu isiru wkoll fil-Belt, fil-Knisja tal-Erwieħ u f'dik ta Liesse (f'din il-Knisja kienet fundazzjoni tal-familja tal-Patrijiet Elija, Anastas, Ġwann, Redent, Joseph u Edmond). Madwar Malta kienu jkunu ċelebrati wkoll fil-Mosta, fiż-Żurrieq, fil-Gżira, fil-Ħamrun (Parroċċa San Gejtanu), f'San Ġwann, fil-Marsa (Parroċċa Trinita) u f'Tas-Sliema (Parroċċa Stella Maris). Disgrazzjatament f'ċerti knejjes tneħħew jew bidluhom ma xi ħaġa oħra – tajjeb li iżżid u mhux tajjeb li tneħħi.

Peress li qegħdin f'din is-sitwazzjoni jien nissuġerixxi li illum:
1. Taqraw silta mill-Evanġelu
2. Tgħidu l-Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
3. Tgħaddu din id-devozzjoni ma tal-familja b'mod partikolari mat-tfal u ż-żgħażagħ.

P. Martin
Kappillan