Riżorsi | Santa Marija - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Santa Marija

Santa Marija kif inhi magħrufa l-ġurnata tal-15 ta' Awwissu għalina f'dawn il-gżejjer hija solennità doppja. Għalkemm din id-domma tal-fidi hija l-aħħar domma li ipproklama, l-għaref u qaddis il-Papa Piju XII fl-1950. Din il-festa ilha ħafna li kienet emmnuta u ċċelebrata sa mill-qedem. Għalhekk nistgħu ngħidu li din id-domma tal-fidi ma tantx kellha polemiki.

Fuq jien ktibt hija solennità doppja, dan għaliex il-Madonna ġiet imtellgħa fis-sema bir-ruħ u l-ġisem, l-ewwel għax hija l-Immakulata jiġifieri bla ebda dnub lanqas dak tan-n-nisel u hija Immakulata għax hija Omm Ġesù t-tieni persuna tas-Santissima Trinita.

Minn fuq is-Salib Ġesù ħalliha bħala Ommna lkoll u għax hija Ommna lkoll hija b'dan l-amar twajjeb tar-Redentur, għada tħalli l-ġenna biex tiġi u twassal messaġġi lilna l-bnedmin bir-ruħ u bil-ġisem hawn fl-art, biex tkun il-protezzjoni u l-għajnuna tagħna.

B'hekk naraw kemm fil-pjan ta' Alla lil din il-Mara mhux biss hija Omm Kristu l-feddej, imma ried li hija wkoll tħobbna b'imħabbitha vera u dejjem.

P. Martin D. Schembri O. Carm
Kappillan