Dwarna | Programm Tal-Festa - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Programm tal-Festa 2019Ritratti — Festa 2018

Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju – Ħruġ tal-Istatwa Titulari minn niċċa

Wara l-quddiesa tal-10:30am isir il-ħruġ tal-Istatwa Titulari min-niċċa u jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara għal din is-sena.

It-Tnejn 1 ta’ Lulju

6:00pm Rużarju u Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
6:30pm Quddiesa bil-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet tal-Abbatini preżenti, bis-sehem tal-kor tat-tfal tal-parroċċa Voices of Faith taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Veronique Degabriele Ferrante.

Wara purċissjoni bl-istatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu akkumpanjata mit-Tikka Banda u nispiċċaw fil-grawnd taċ- Ċentru Familja Karmelitana għal ftit logħob flimkien. Fl-aħħar tal-attività titelgħa xbieha żgħira tal-Patruna tagħna li tintrebaħ minn xi wieħed jew waħda minn dawk it-tfal li jkunu attendew għall-quddiesa. It-tfal kollha jingħataw ġelat.

It-Tlieta 2 ta’ Lulju

9:30am Quddiesa għall-Anzjani li fiha jigi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir riċeviment għall-anzjani fiċ-Ċentru Familja Karmelitana.

6:00pm Rużarju animat mit-tfal u l-abbatini
6:30pm Vestizzjoni u professjoni tat-Terzjarji Karmelitani. Jiċċelebra Rev. P. Louis Bajada O.Carm.

L-Erbgħa 3 ta’ Lulju - L-Ewwel Jum tat-Tridu - Marija għajnuna tal-Karmelu

6:00pm Rużarju u Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
6:30pm Quddiesa li fiha isir ħsieb dwar il-Madonna tal-Karmnu mir-Rev. Patri Joseph Falzon O.Carm Pirjol tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.
Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Ewkaristika bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli, Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwa li titmexxa mir-Rev. Patri Martin D. Schembri O.Carm Kappillan tal-Parroċċa u Pirjol tal-Komunità Karmelitana li tgħix fi Fleur-de-Lys.

Il-Ħamis 4 ta’ Lulju - It-Tieni Jum tat-Tridu – Marija Kewkba tal-Karmelu

6:00pm Rużarju u Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
6:30pm Quddiesa li fiha isir ħsieb dwar il-Madonna tal-Karmnu mir-Rev. Patri Maurice Abela O.Carm, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.
Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Ewkaristika bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli, Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwa li titmexxa mir-Rev. Patri Martin D. Schembri O.Carm Kappillan tal-Parroċċa u Pirjol tal-Komunità Karmelitana li tgħix fi Fleur-de-Lys.

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju - It-Tielet Jum tat-Tridu – Marija Patruna tal-Karmelu

6:00pm Rużarju u Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu
6:30pm Quddiesa li fiha isir ħsieb dwar il-Madonna tal-Karmnu mir-Rev. Patri Jurgen Cucciardi O.Carm Pirjol tal-Komunita li tghix f’misrah Santa Venera, Rettur u Kunsillier tal-Ordni.
Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Ewkaristika bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli, Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwa li titmexxa mir-Rev. Patri Martin D. Schembri O.Carm Kappillan tal-Parroċċa u tal-Pirjol Komunità Karmelitana li tgħix fi Fleur-de-Lys.

8:30pm Il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun idoqq marċi brijużi f’dawn it-toroq: Blata l-Għolja, Palazz l-Aħmar, Batterija, Kanun, Indjana, Akwedott, Triq l-Ewwel ta’ Mejju, Qarcilla, Brigella, St Anthony, Cuschieri, Borg, Fleur-de-Lys Rd fejn tittella’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fuq il-pedestall tagħha.

Is-Sibt 6 ta’ Lulju - Lejlet il-Festa

8:30am Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla bil-kant ta’ Te Deum b’suffraġju għall-parruċċani kollha li mietu mill-festa li għaddiet ’l hawn. Mistiedna speċjali huma l-qraba tagħhom. Jiċċelebra ‘l quddiesa Rev. Patri Martin D. Schembri O.Carm Kappillan tal-Parroċċa u Pirjol tal-Komunità Karmelitana li tgħix fi Fleur-de-Lys.

6:00pm Transulazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Imqaddsa Verġni Marija mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm. flimkien mall-Komunita’ Parrokkjali. Il-purċissjoni tibda mill-kappella tal-Iskola Santa Monika sal-Knisja Parrokkjali.

6:30pm Quddiesa u wara ċelebrazzjoni Marjana u Ewkaristika

8:30pm Il-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara iddoqq marċi brijużi f’dawn it-toroq: Fleur-de-Lys (minn quddiem il-Knisja), Trejqa Fleur-de-Lys, Borg, A. Cuschieri, Sant’Antnin, Fleur-de-Lys u tkompli bi program qasir ta’ marċi brijjużi fuq iz-zuntier tal-knisja.

Il-Ħadd 7 ta’ Lulju - Jum il-Festa tal-Imqaddsa V. Marija tal-Għolja tal-Karmelu, Patruna Tagħna

Il-quddies ikun fis-6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:00am, 10:30am, 5:00pm (bl-Ingliż), 6 :30pm u 8:00pm.

Il-Quddiesa tad-9:00am tkun iċċelebrata mill-Kappillan u Pirjol tal-Komunità Karmelitana fi Fleur-de-Lys Patri Martin D Schembri O.Carm bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, l-Kummissjoni Festa Esterna, l-Għaqdiet u l-Kummissjonijiet Parrokkjali u l-voluntiera li jgħinu fil-parroċċa.

Il-Quddiesa tas-6:30pm tkun iċċelebrata mill-Professur Patri Charlo Camilleri O.Carm. Wara toħroġ il-purċissjoni bil-vara titulari tal-Madonna tal-Karmnu.
Waqt li l-purcissjoni tkun fi triq Fleur-de-Lys jinghad ir-Ruzarju. Il-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta ser takkumpanja l-istatwa tal-Madonna. Il-purċissjoni ser tgħaddi minn dawn it-toroq: Fleur-de-Lys, Sant’Antnin, Patri Anastasju Cuschieri, Borg, Trejqet Fleur-de-Lys u lura għall-Knisja Parrokkjali.

Mal-wasla tal-vara titulari quddiem il-Knisja Parrokkjali titkanta l-Ave Marija lill-Madonna mis-sopran Vanessa Fenech. Fid-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Festa tiġi għall-parruċani kollha għalhekk nħeġġuk biex tattendi għal funzjonijiet, il-purċissjoni u izżejjen il-gallarija, anki jekk ma tgħaddiex il-vara minn ħdejn id-dar tieghek.