Dwarna | Programm tar-Randan 2023 - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Programm tar-Randan 2023

L-Erbgħa: 22 ta’ Frar – Bidu tar-Randan Imqaddes
Ash Wednesday at 6.30pm solemn mass in the beginning of Lent
Jum ta’ sawm u astinenza mil-laħam
6.00pm Via Sagra mit-Terzjarji Karmelitani
6.30pm Quddiesa Solenni tal-bidu tar-Randan

Kull nhar ta' Ġimgħa fis-6.00pm fil-knisja jkun hawn il-meditazzjoni tal-Via Sagra.

Il-Ġimgħa: 24 ta’ Frar
5.30pm Laqgħa għat-tfal u adoloxxenti kollha fil-knisja fil-bidu tar-Randan.
6.00pm Via Sagra mill-abbatini
6.30pm Quddiesa (fil-ġimgħat tar-Randan ser naħsbu fuq il-misteri tat-tbatija ta’ Ġesu’)

Mit-Tnejn 27 ta’ Frar sal-Ġimgħa 3 ta’ Marzu Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd
9.00am Predikatur P. Martin D. Schembri O.Carm
7.00pm Predikatur P. Dr. Jesmond Micallef ofm Cap

Il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu - Qrar tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina
5.00pm It-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina jagħmlu l-ewwel qrara tagħhom fil-knisja
6.00pm Via Sagra mill-Grupp tal-Ħniena Divina
6.30 pm Quddiesa

Il-Ġimgħa: 31 ta’ Marzu – Festa ta’ Marija Addolorata
Feast of Our Lady of Sorrows at 6.30pm Mass and after procession
6.00pm Via Sagra mill-Membri tal-Leġjun ta’ Marija
6.30pm Quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Marija Addolorata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Fleur de Lys, San Antnin, Cuschieri, Borg, Trejqa Fleur de Lys u Fleur de Lys. Kif tasal quddiem il-knisja tingħata l-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier. Inħeġġu lil dawk li joqgħodu f’dawn it-toroq biex jżejnu l-gallariji u twieqi bix-xbiehat tal-Madonna.

Il-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Ħadd: 2 ta’ April - Ħadd il-Palm
Palm Sunday at 10.00 am blessing of the olives’ leaves and after solemn mass
10.00am Tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ fil-Kunvent tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu’ u wara purċissjoni sal-knisja li tgħaddi minn dawn it-toroq: Notabile, Akwadott, Indiana, Fleur de Lys u lura l-knisja fejn tibda l-quddiesa solenni bil-qari tal-ġrajja tal-Passjoni tal-Mulej.
6.00 pm Via Sagra u wara quddiesa

It-Tnejn: 3 ta’ April
6.00pm Via Sagra animata mit-tfal u l-addoloxxenti.
6.30pm Quddiesa bi ħsieb fuq il-passjoni tal-Mulej

It-Tlieta: 4 ta’ April
At 6.30pm Mass at after via sagra in the nearby roads
6.00pm Rużarju
6.30pm quddiesa b’ħsieb fuq il-Passjoni tal-Mulej u wara Via Sagra bil-kurċifiss devot li tibda minn Borg, Psaila, u tispiċċa fit-triq Ġan Anton Vassallo bil-Barka Sagramentali.

L-Erbgħa: 5 ta’ April
6.00pm Via Sagra animata mill-grupp Alla Jħobbok
6.30pm quddiesa bi ħsieb fuq il-Passjoni tal-Mulej u wara ċelebrazzjoni ta’qima lill-Pjagi ta’ Ġesu’ Kurċifiss.

Il-Ħamis: 6 ta’ April - Ħamis ix-Xirka
6.30pm Solemn mass, celebrating the institution of the Eucharist
7.15pm Talb tas-salmi flimkien
6.30pm Quddiesa solenni bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn, li fit-tmiemha jiġi trasportat is-Santissimu Sagrament għall-artal tar-repożizzjoni.
8.15pm jibdew il-viżti
10.30pm Adorazzjoni u sahra mal-Mulej. Il-knisja tgħalaq kif tispiċċa l-adorazzjoni.

Il-Ġimgħa: 7 ta’ April - Jum il-Ġimgħa l-Kbira
Good Friday at 3.00pm liturgical celebration
Jum ta’ sawn u astinenza mil-laħam
Il-Knisja tiftaħ fis-7.30am
8.00am talb flimkien tas-salmi
10.00am Adorazzjoni għat-tfal animata mis-Soċjeta tal-Museum
2.45pm Kurunella tal-Ħniena Divina
3.00pm Azzjoni Liturġika li tfakkar il-passjoni tal-Mulej li tinkludi l-adorazzjoni tas-salib u t-tqarbin imqaddes.

Il-Għid il-Kbir

Is-Sibt: 8 ta’ April – Vġili tal-Għid
At 8.00pm the Easter Vigil celebration
Il-Knisja tiftaħ fis-7.30am
8.00am Talb tas-salmi flimkien
8.00pm Funzjoni liturġika tal-Għid, tinkludi liturġija tal-kelma u tberik tan-nar il-ġdid.

Il-Ħadd: 9 ta’ April - Jum l-Għid il-Kbir
Easter Sunday at 9.00am Solemn Mass and at 5.00pm Easter Mass in English.
Il-ħin tal-quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.00am, 10.30am, 5.00pm (bl-Ingliż), 6.30pm u 8.00pm.
9.00am Quddiesa solenni tal-Għid bis-sehem tat-tfal kollha li fit-tmiemha jsir it-tberik tal-figolli.
6.00pm Via Lucis miktuba minn San Ġorġ Preca
6.30pm Quddiesa bil-Għasar tal-Ħadd tal-Għid

Tberik

Tberik tal-familji fil-granet tal-Għid il-Kbir

• Dawk li jixtiequ li jbierku d-djar tagħhom matul iż-żmien tal-Għid huma mitluba jagħmlu kuntatt mall-Uffiċju Parrokjali 21 441769 jew fuq l-email: parrocca.fleur.de.lys@maltadiocese.org sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 31 ta’ Marzu, 2023

Those who want Easter home blessing can contact the Parish Office 21 441769 or by email to: parrocca.fleur.de.lys@maltadiocese.org by not later than Friday 31st March, 2023.

Importanti

• Tajjeb li matul ir-Randan nirċievu s-sagrament tal-Qrar u ma nħallux għall-aħħar ħinijiet.
• Li nattendu u nieħdu sehem fil-funzjonijiet b’spirtu ta’ ġabra u talb.

Important Note

We encourage you to participate in our celebrations during Lent and Easter and to find time to receive the sacrament of reconciliation and the Eucharist. At 5.00 pm every Sunday in Fleur de Lys parish church we have mass in English.