Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 2026 – Bidu tal-Festa
10.30 a.m. – Quddiesa u wara nibdew il-Ġimgħa tal-Festa Parrokkjali.
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2026 – Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl
6.00 p.m. – Rużarju.
6.30 p.m. – Quddiesa ċċelebrata minn Patri Ivan Scicluna O.Carm, li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-Karmnu. Mistiedna b’mod speċjali l-ġenituri li kellhom tarbija ġdida fil-familja. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Barka
Sagramentali.
It-Tlieta 30 ta’ Ġunju 2026
6.30 p.m. – Quddiesa bis-sehem tat-tfal u l-adolexxenti, iċċelebrata minn Patri Joe Cilia O.P., fi Triq il-Parilja, u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tat-tfal. Matulha tingħad it-talba tar-Rużarju. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq:
G. Vassallo, Psaila, Borg u Fleur-de-Lys, u tintemm quddiem il-Knisja Parrokkjali fejn
tingħata l-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier.
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2026 – L-Ewwel Jum tat-Tridu
6.00 p.m. – Rużarju.
6.30 p.m. – Quddiesa ċċelebrata minn Patri Joe Saliba O.Carm. Mistiedna b’mod speċjali t-Terzjarji Karmelitani rġiel u nisa.
Il-Ħamis 2 ta’ Lulju 2026 – It-Tieni Jum tat-Tridu
9.00 a.m. – Quddiesa minn Patri Jesmond Micallef għall-anzjani u l-morda, li fiha jingħata s-Sagrament tad-Griżma tal-Morda.
6.00 p.m. – Rużarju.
6.30 p.m. – Quddiesa ċċelebrata minn Patri Etienne Gilson O.F.M., li matulha nitolbu b’suffraġju ta’ dawk kollha li mietu mill-festa tas-sena
l-oħra sal-lum mill-parroċċa tagħna. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026 – It-Tielet Jum tat-Tridu
6.00 p.m. – Rużarju.
6.30 p.m. – Quddiesa ċċelebrata minn Patri Alex Scerri O.Carm, Pirjol tas-Santwarju Bażilika tal-Belt. Mistiedna b’mod speċjali l-komunità
tas-Sorijiet Karmelitani li jgħixu fil-parroċċa tagħna u li qed jiċċelebraw l-għeluq tas-Sena Ġubilari mit-twaqqif tal-kongregazzjoni tagħhom. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Is-Sibt 4 ta’ Lulju 2026 – Lejlet il-Festa
8.30 a.m. – Quddiesa minn Patri Martin D. Schembri O.Carm, Pirjol tal-Kunvent tal-Karmnu tal-Imdina, li fiha jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament lil Alla, Te Deum, u l-antifona. Mistiedna b’mod speċjali r-reliġjużi li jgħixu fil-parroċċa tagħna.
6.00 p.m. – Rużarju mmexxi mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
6.30 p.m. – Traslazzjoni solenni tar-relikwa tal-Madonna u Quddiesa bl-Ewwel Għasar tal-Festa, segwita minn Barka Sagramentali. Imexxi Patri Maurice Abela O.Carm, Kappillan ta’ Santa Venera.
Il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2026 – Jum il-Festa
Ikun hemm quddies fis-6.00 a.m., fis-7.00 a.m., fit-8.00 a.m., fid-9.30 a.m. u fis-6.30 p.m. (Il-quddies tad-9.00 a.m., tal-10.30 a.m. u tal-5.00 p.m. bl-Ingliż mhux se jsir.)
9.30 a.m. – Quddiesa Solenni mmexxija minn Patri Charles Mallia O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani. Il-paneġierku tal-festa jsir minn Patri Pawl Bugeja O.F.M. Cap., Kappillan tal-Parroċċa tat-Trinità, Marsa. Mistiedna b’mod speċjali l-għaqdiet kollha u l-membri tal-Kunsill Pastorali
Parrokkjali.
6.30 p.m. – Quddiesa bit-Tieni Għasar tal-Festa mmexxija minn Dun Mark Sultana fuq iż-żuntier tal-Knisja Parrokkjali. Il-kant ikun minn Maria Lewis u l-grupp tagħha.
7.30 p.m. – Tibda l-Purċissjoni bl-Istatwa Devota tal-Madonna tal-Karmnu. Maria Wetherhill issellem lill-Madonna bil-kant tal-Innu
Tal-Karmelu Warda Ħelwa. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Fleur-de-Lys, Triq Sant’Antnin, Triq P. Anastasju Cuschieri, Triq Borg, Trejqet Fleur-de-Lys, Triq Fleur-de-Lys u lura lejn il-Knisja Parrokkjali.Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann.
9.45 p.m. – Tislima lill-Madonna bil-kant tal-Ave Maria minn Maria Lewis.
10.00 p.m. – Tmiem il-Purċissjoni u fuq iz-zuntier tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Mużika matul il-funzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Festa hi mill-Kor Parrokkjali
filwaqt li dik tal-lejliet u nhar il-Festa hi taħt it-tmexxija tal-Mro. Abraham D’Amato.