Infakkrukom li sakemm ikun lest ix-xogħol fil-knisja, l-quddies qiegħed isir fiċ-ċentru. Il-ħin baqa’ l-istess:
• Mit-Tnejn sas-Sibt: fis-6.30am, 7.30am, 8.30am u fis-6.30pm.
• Il-Ħadd: Filgħodu fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.00am u l-10.30am. Filgħaxija fil-5.00pm (bl-Ingliż) u fis-6.30pm.
1. It-Tlieta – Il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu u tal-Anġli Qaddisa. Għalhekk, fil-5.45 pm ikollna r-Rużarju, u fis-6.15pm nitolbu r-Rużarju ta’ San Mikiel, u wara l-Quddiesa. Fis-7.00pm, fiċ-Ċentru isfel, se jkun hemm laqgħa ta’ Formazzjoni organizzata mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
2. Il-Ħamis – Il-Karmelu jagħmel il-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u tal-Wiċċ Imqaddes, Duttur tal-Knisja. F’din il-ġurnata jibda wkoll ix-xahar tar-Rużarju. Inħeġġu biex din it-talba tingħad ukoll fil-familji tagħna. Kuljum fis-6.00 pm ikollna r-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Wara l-Quddiesa jkollna ftit ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat.
3. Il-Ġimgħa – Hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Tajjeb li nersqu għall-Qrar u t-Tqarbin.
4. Is-Sibt – Hu l-ewwel Sibt tax-xahar, iddedikat lill-Qalb Immakulata ta’ Marija. Inħeġġu biex nieħdu sehem fil-Quddiesa u nitolbu r-Rużarju. Wara l-Quddiesa tat-8.30am ikun hemm ir-Rużarju.
Avviżi oħra:
• Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Settembru, se jibdew il-laqgħat għall-Anzjani fl-10.00am fiċ-Ċentru.
• Il-ġabra li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għall-Art Imqaddsa kienet ta’ €600. F’isem il-Patrijiet Franġiskani li jaħdmu fl-Art Imqaddsa, nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
• Infakkru lis-subien u l-bniet li twieldu fis-sena 2015 u li se jagħmlu l-Ġriżma tal-Isqof fis-sena 2027, li nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru 2026, se jibdew il-Katekeżi bħala preparazzjoni għal dan is-Sagrament.
• Mil-lum nibdew nilqgħu l-intenzjonijiet għall-Quddies għax-xahar ta’ Ottubru.
• Il-weekend li ġej huwa l-ewwel wieħed tax-xahar u għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
• Nitolbu għar-ruħ ta’ Rita Mizzi, li mietet matul din il-ġimgħa mill-Parroċċa tagħna. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem…