Riżorsi | Kelma tal-Kappillan - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Kelma tal-Kappillan

lllum tarahom, għada le

Forsi taħsbu li għamilt dan it-titlu "illum tarahom, għada le" minħabba li qegħdin fix-xahar ta’ Novembru, meta nkunu mħeġġa aktar mis-soltu biex nitolbu għall-mejtin tagħna. Iżda dan ma kienx il-ħsieb tiegħi. Jien qed nirreferi għal dawk li jċemplu, jew jiġu għal xi dokument, ċertifikat jew xi preparazzjoni għaż-żwieġ, dutrina jew preċett imbagħad ma tarahomx iżjed. Donnu għalihom il-parroċċa ma teżistiex. Ġieli anqas għal quddiesa ma tarahom.

Tieħu pjaċir tara nies minn barra l-parroċċa jattendu għal attivitajiet li nagħmlu. Tafu li għamilna avviżi biex ikollna aktar helpers biex jgħinu fit-tindif tal-knisja, iżda ħadd ma tfaċċa. L-istess għamilna għal kor u l-għajnuna għall-festa imma l-istess: ħadd ma ħa interess. L-aktar ħaġa li tweġġgħani hi meta tara nies mill-parroċċa tagħna jkunu membri f’korijiet f’parroċċi oħra jew jattendu attivitajiet ta’ parroċċi oħra u għal tagħna ma tarahom imkien.

L-Ingliż jgħid "charity starts at home". William Murrey jikteb fil-ktieb tiegħu "My life without God" li hu kiteb wara li ikonverta minn ateju meta kellu 33 sena li fiż-żmien tal-konverżjoni tiegħu ħass ħafna l-preżenza ta’ Alla fil-komunita parrokkjali b’mod speċjali fl-attivitajiet tal-parroċċa. Fil-fatt kiteb "to repent and not to amend is like paying a debt by writing a cheque in water."

Kompla jikteb "Faith in Jesus involves faith in the Christian community inspired account of Jesus. Some people forget or are unaware that the Christian community is not the child of the gospel but its mother." Flimkien b’affarijet ta’ kuljum nikbru f’mixja waħda lejn Alla. Mark Link SJ jikteb "Measure wealth not by the things you have, but by the things you have for which you would not take money." L-għajnuna li nistgħu nagħtu lill-parroċċa fl-ambitu li semmejt aktar ‘il quddiem huwa importanti ħafna. Il-parroċċa rridu nqisuha bħala t-tieni familja. Louis L Mann jikteb "Brotherhood once a dream has now become a dire necessity." Kemm hu mela importanti li ma ittelawx ħitan imma ningħaqdu f‘ħaġa waħda għal skop wieħed biex flimkien ma Ġesu nuru s-sbuħija tal-għaqda - kulħadd skond is-sejħa tiegħu biex nagħtu qima flimkien lil Alla.

Barka P.Martin Pirjol u Kappillan