Dwarna | Avviżi tal-Parroċċa - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Avviżi tal-Parroċċa

12 ta' Settembru 2021

• Nhar it-Tlieta, 14 ta’ Settembru hija data important ħafna fil-kalendarju Kattoliku. Dakinhar nagħmlu l-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Fis-6.00pm fil-knisja jkun hawn il-Via Sagra u wara l-quddiesa tal-festa tas-Salib Imqaddes. Inħeġġukom għall-quddies.

• L-Erbgħa imbagħad hija l-festa propja tad-Duluri. Fis-6.00pm ikun hawn ir-Rużarju u l-kurunella tal-Karmnu u fis-6.30pm il-quddiesa tal-festa tad-Duluri.

• Il-Ħamis wara l-quddies ta’ filgħaxija jkun hawn l-adorazzjoni li din il-ġimgħa ser imexxija Patri Damian.

• Il-Ġimgħa hija l-festa ta’ San Albert ta’ Ġerusalem. Dan il-qaddis kiteb ir-regola Karmelitana. Inħeġġu lit-Terzjarji għas-smigħ tal-Quddies.

Matul din il-ġimgħa l-uffiċju parrokkjali ser ikun magħluq għax il-Kappillan ser ikun ġimgħa irtir. Ninfurmawkom li anki l-mobile ser ikun mitfi. Ċemplu biss f’każi urġenti.