Dwarna | Avviżi tal-Parroċċa - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Avviżi tal-Parroċċa

3 ta’ Novembru 2019

• Nhar it-Tnejn fis-6.00pm ser ikun hemm il-laqgħa ta’ San Piju tal-Pjagi.

• Nhar it-Tlieta fl-okkażjoni tal-miġja tal-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla fil-Bażilika ta’ Sant’Elena, bħala Parroċċa ġejna mistiedna biex immorru għall-quddiesa tas-6.30pm fil-Bażilika ta’ Sant’Elena. Min jixtieq jiġi magħna ser ikollna t-trasport minn quddiem il-Knisja fis-6.00pm, għandu jkellem lil Angele Briffa.

• Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ser ikollna l-adorazzjoni, din il-ġimgħa tkun immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.

• Nhar is-Sibt ser imorru għall-adorazzjoni ta’ bil-lejl. Min jixtieq jiġi magħna għandu jkellem lil Angele Briffa. Nitilqu minn fejn il-knisja fis-7.30pm.